Erba’ ħsibijiet fuq il-mafkar ta’ Daphne Caruana Galizi

 

Minn Manuel Zarb

1. Għalfejn faċċata tal-Qrati?

Il-persuni li ordnaw l-assassinju ta’ Ms Caruana Galizia għamlu dan mhux biss biex iwaqqfuha milli tkompli tinvestiga, iżda wkoll biex wara xi żmien jintesa xogħolha. B’hekk huwa importanti li mafkar għal din il-vittma tat-terroriżmu jitqiegħed mhux xi mkien fejn ma jidhirx, iżda faċċata tal-ġudikatura ta’ Malta. Dan ikompli jfakkar li:
Il-persuni li ordnaw il-qtil għadhom ma ġewx misjuba.
Numru ta’ investigazzjonijiet li fetħet Ms Caruana Galizia waqt ħajjitha għadhom ma ġewx investigati mill-entitajiet responsabbli mill-ħarsien tal-liġi f’Malta – jiġifieri l-Kummissarju tal-Pulizija, l-Avukat Ġenerali, l-FIAU.

2. L-idea li Daphne Caruana Galizia ma kinitx Ġurnalista

Ġurnalist huwa xi ħadd li jinvestiga biex jipprova jikxef xi ħaġa li kienet moħbija. Ms Caruana Galizia wettqet ix-xogħol ta’ ġurnalist għal tletin sena, jiġifieri minn meta bdiet taħdem bħala ġurnalista sal-ġurnata li ġiet assassinata b’bomba mal-karozza tagħha.

Ms Caruana Galizia ma ġietx maqtula għax kienet blogger, imma għax kienet ġurnalista. Wieħed jista’ ma jaqbilx, anki bl-aħrax, mal-opinjonijiet li kitbet fil-blogs tagħha Ms Caruana Galizia, għax kulħadd għandu dritt għall-opinjoni tiegħu.

Madankollu x-xogħol ġurnalistiku tagħha jibqa’ ta’ valur kbir. Il-ġurnaliżmu mhux kwistjoni ta’ opinjoni, iżda li wieħed jinvestiga biex jikxef il-verità. Jekk l-evidenza turi li xi ħaġa hija vera, mela hija vera; jekk turi li xi ħaġa mhijiex vera, mela mhijiex vera.

3. Is-saltna tad-dritt/Il-liġi ma tippermettix mafkar f’post pubbliku

Dan l-argument huwa falz. L-ewwel nett, id-dritt għal-libertà tal-espressjoni huwa dritt fundamentali uman protett f’Malta mill-Kostituzzjoni Maltija, mid-Dikkjarazzjoni fuq id-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem tal-Unjoni Ewropea, u mill-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem.

Dan id-dritt jiġi mħares fil-każi diversi li nistgħu naraw fit-toroq ta’ Malta fejn saru mfakar spontanji għal vittmi tal-aċċidenti tat-traffiku. Għandu jiġi mħares ukoll fil-każ ta’ vittma tat-terroriżmu, u wisq aktar ta’ ġurnalista.

4. Il-Monument huwa tal-Assedju

Fiċ-ċentru ta’ Pariġi, wara attakki terroristi fuq il-gazzetta Charlie Hebdo u kif ukoll wara attakki terroristiċi oħra, protesti spontanji poġġew mafkar għall-vittmi fil-Pjazza tar-Repubblika. Dawn l-imfakar ilhom hemm ‘il fuq minn sentejn, u ma kien hemm l-ebda attentat biex jitneħħew. Dan ġara wkoll wara l-attakk terroristiku fl-Islovakkja li qatel lil Jan Kuciak, ġurnalist, u lill-għarusa tiegħu Martina Kursnirova, fejn b’mod spontanju tpoġġew mfakar f’parti pubbliċi tal-belt kapitali Bratislava. Affarijiet simili ġraw ukoll ma’ monumenti pubbliċi wara attakki f’Londra, fi Brussell, f’Berlin, f’Madrid u postijiet oħra fl-Ewropa.

 

daphne jan
Daphne Caruana Galizia u Jan Kuciak, żewġ ġurnalisti Ewropej li nqatlu għal xogħolhom.

 

Advertisements

One thought on “Erba’ ħsibijiet fuq il-mafkar ta’ Daphne Caruana Galizi

  1. You’re article is very well presented
    It is succinct and very much to the point
    It makes very valid arguements backed by solid evidence.
    Keep up the good work

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s