Justice and Truth

Jien min jien?
Jien ċittadin Malti. Għawdxi. Student. Attivist. Zagħzugħ.

 

Jien min jien?

Jien persuna li illum ma ħarġitx ma’ sħabha.
Jien persuna li illum ma ħadmitx fuq it-teżi.
Jien persuna li illum ma baqgħitx siekta.

Jien persuna li flimkien ma’ grupp żgħażagħ ohrajn hassejna bzonn ta’ bidla …
U flimkien waqqafna l-Awturi.

Awturi ta’ Malta li nixtiequ ngħixu fiha. Ta’ Malta li tixirqilna.

Min aħna? Aħna l-istudenti li mmorru l-iskola. Aħna ż-żgħażagħ li mmorru għax-xogħol. Aħna dawk kollha li qegħdin nippruvaw naħdmu għal haga semplici hafna … Li jkollna pajjiż mmexxi minn nies dicenti, nies li jien u shabi nharsu lejhom u jkun ta’ ezempju ghalina.

Bhalissa m’ghandnix hekk.
Bhalissa nharsu ‘l fuq lejn minn qed imexxi u naraw nies imcappsa bil-korruzjoni.

Ghalhekk gejna hawn illum.
Ghalhekk inghqada ma’ Occupy Justice.

Biex nitolbu, anzi le – biex nezigu – bidla.

Il-fatti mikxufa mill-investigazzjonijiet intensivi ta’ hamsa u erbghin gurnalist minn tmintax il-pajjiz jahdmu fuq id-Daphne Project,  juruna biċ-ċar x’kien għaddej minn taħt meta ahna fdajniehom.

Gejna hawn biex ngħidu le ma rridux inkunu parti minn Malta korrota, Malta ta giddieba, Malta ta’ nies foloz.

Ma nistgħux nibqgħu siekta meta nafu x’inhu jiġri fl-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna; meta naraw il-libertà tagħna tisfaxxa fix-xejn; meta naraw il-valuri tagħna jittieklu. Ma nistgħux nibqgħu siekta aktar.

Ma gejniex hawn biex nitolbu li ssir elezzjoni ohra. Gejna hawn biex nghidu car u tond:

Prim Minsitru irreżenja!

Keith Schembri, Konrad Mizzi u Chris Cardona itilqu!

U gejna hawn biex naghmlu kuragg lil xulxin. Biex ma nibzghux nitkellmu, biex nitkellmu ma gurnalisti li nafdaw, gurnalisti li qed jinvestigaw il-qaghda ta’ pajjizna. Ejja ngħidu dak li għandna ngħidu. Ejja ngħamlu dak li għandna nagħmlu. Ghax Malta ħaqqha aħjar. Malta jixirqilha aħjar.

Wasal iż-żmien li nqumu, li nitkellmu, li flimkien inwasslu messagg lid-dinja, li

Il-Giddieb
Il-Korrot
Il-Ħalliel
Il-Qattiel

Ma hawnx post għalihom!

Mhux fil-Malta li irridu aħna z-zghazagh Maltin u Għawdxin!

Aħna irridu l-gustizzja!
Ahna rridu l -verità!

WhatsApp Image 2018-04-25 at 17.12.40

 

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s